Aħbarijiet

Jitħabbru d-disa' persuni nominati għall-kumitat tal-Għaqda għas-snin 2013-2015

11/06/2013 12:31

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali

27/05/2013 10:44
Għażiż membru,  Nixtieq ninfurmak li l-Kumitat ad interim tal-Għaqda tal-Malti - Università wasal biex itemm il-ħidma tiegħu. Għalhekk nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju 2013, fid-08.45, ser issir il-Laqgħa Ġenerali tal-Għaqda tal-Malti – Università ad interim, f’Dar l-Ewropa, 254, Triq San Pawl,...

L-Għaqda għal Kokka Organizzazzjoni

15/05/2013 09:05
Il-kumitat tal-Għaqda jixtieq irodd ħajr mill-qalb lil dawk li nnominaw lill-Għaqda għal Kokka Organizzazzjoni. Grazzi ħafna lill-membri u lil dawk kollha li wrew l-appoġġ tagħhom. Il-mija u sittax-il firma li kellna juru l-appoġġ tagħkom tassew! Grazzi mill-qalb mill-ġdid. Għas-sena d-dieħla...

Sit dwar Rużar Briffa

08/05/2013 10:50
Xi studenti tal-PGCE fil-Malti, Kit Azzopardi, Stefan Bezzina, Denise Vella Zarb u Analise Camilleri, għadhom kemm ħolqu sit dwar Rużar Briffa. Fih tissemma l-Għaqda. Tajjeb li tagħtuh titwila!   Idħlu hawnhekk: https://sites.google.com/site/briffaruzar/

Inħarrfu l-Ħrejjef

08/05/2013 10:42
Il-proġett 'Inħarrfu l-Ħrejjef' li qed isir b'kollaborazzjoni mat-Teatru Salesjan u l-Klabb tas-Salesjani żgħar miexi ġmielu hekk kif għaddiet ir-raba' sessjoni. Segwu l-progress taż-żgħar tagħna waqt il-proġett fuq dan il-blogg: https://hrejjef.wordpress.com

Diskussjoni dwar FilMalti llejla: 'Perli' u 'Trianglu'

03/05/2013 10:40
Nhar il-Ġimgħa 3 ta' Mejju saret diskussjoni dwar il-films qosra bil-Malti 'Perli' u 'Trianglu' ta' Karl Schembri. Għal din il-laqgħa kien preżenti Karl Schembri nnifsu u  xi membri tal-Għaqda. 

FilMalti llejla: 'Perli' u 'Trianglu'

25/04/2013 18:00
L-Għaqda għandha l-pjaċir tħabbar li se tkun qed żżomm l-appuntament tagħha għat-tieni FilMalti llejla. Din id-darba se tkun qed turi żewġ films qosra ta’ Karl Schembri bl-isem ta’ ‘Perli’ u ‘Trianglu’. Il-films se jintwerew fil-25 ta’ April fis-6PM ġewwa Dar l-Ewropa, il-Belt. Il-films...

Nitfa Kultura

18/04/2013 17:45
Nhar il-Ħamis, 18 ta' April, l-Għaqda tal-Malti kienet preżenti għall-programm 'Nitfa Kultura' fuq Radju Malta. L-uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi tkellmet dwar il-film li l-Għaqda jmissha turi nhar il-Ħamis, 25 ta' April u attivitajiet oħra fil-qrib. Ir-rikording ta' dan il-programm se jkun...

Blogg ġdid għall-proġett 'Inħarrfu l-Ħrejjef'

31/03/2013 18:19
Bħalissa l-Għaqda għaddejja bil-proġett 'Inħarrfu l-Ħrejjef' b'kollaborazzjoni mat-Teatru Salesjan u mal-Juniors Salesjani. Bħala parti mill-proġett, qed inniedu dan il-blogg li se jservi ta' pont bejn l-organizzaturi u l-parteċipanti u iktar minn hekk bejn il-parteċipanti u l-pubbliku....

FilMalti llejla: Kont Diġà

26/03/2013 18:00
L-Għaqda tal-Malti-Università se tkun qed turi l-film Malti, Kont Diġà ġewwa s-sala GW D1.  Dan il-film ispirat mill-poeżija "Delimara," ta' Daniel Massa.   Id-direzzjoni hija ta' Mark Dingli, b'kitba ta' Mark Dingli u Sascha Sammut, filwaqt li jieħdu sehem l-atturi Karl Consiglio,...
1 | 2 | 3 | 4 | 5 >>