FilMalti llejla: 'Perli' u 'Trianglu'

25/04/2013 18:00

L-Għaqda għandha l-pjaċir tħabbar li se tkun qed żżomm l-appuntament tagħha għat-tieni FilMalti llejla. Din id-darba se tkun qed turi żewġ films qosra ta’ Karl Schembri bl-isem ta’ ‘Perli’ u ‘Trianglu’. Il-films se jintwerew fil-25 ta’ April fis-6PM ġewwa Dar l-Ewropa, il-Belt.

Il-films 'Perli' u 'Trianglu' huma produzzjonijiet lokali u bil-Malti tal-istudent żagħżugħ, Karl Schembri. Dawn it-tip ta' films jaqgħu taħt il-kategorija ta' films qosra għaliex kull film idum madwar 45 minuta. Għad illi ġew maħduma b’riżorsi limitati, il-valur tagħhom ma jonqosx. 

It-tnejn li huma jirriflettu l-ħajja li ngħixu llum. Il-film ‘Perli’ jqabbel il-ġrajja prinċipali ma’ kullana perli filwaqt li ‘Trianglu’ jqabbilha ma’ logħba snuker. 

Ġeneru: Drama
Età: Minn 14-il sena 'l fuq

Dħul b'donazzjoni.

 

 

Għal aktar tagħrif idħol hawn:  https://www.facebook.com/events/128215980701076/?ref=ts&fref=ts