Aħbarijiet

Niltaqgħu ma' John Portelli

15/01/2013 18:30
Fis-sebgħinijiet, Portelli, kien segretarju tal-Għaqda tal-Malti - Università. F’dak iż-żmien, kien magħruf ukoll għall-kitbiet tiegħu bħala Ġan Piet.  Illum il-ġurnata, huwa professur tal-Filosofija, Politika u t-Tmexxija tal-Edukazzjoni fid-Dipartiment tal-Istudji...

L-Istrina 2012

26/12/2012 18:00
Xi membri tal-kumitat tal-Għaqda tal-Malti-Università marru jippreżentaw iċ-ċekk ta’ €230 ġewwa Smart City. Dan l-ammont inġabar waqt l-attività ‘L-Għaqda għall-Istrina’ nhar it-Tnejn 17 ta’ Diċembru 2012. Dan l-ammont ġie milqugħ bil-ferħ.

L-Għaqda għall-Istrina

17/12/2012 19:30
Għal dawn iż-żminijiet ta’ festi, il-kumitat tal-Għaqda tal-Malti – Università ħaseb li tkun ħaġa sabiħa li tiġi organizzata attività. Din għandha sservi biex jintlaħqu diversi skopijiet: il-membri jiltaqgħu ftit bejniethom u jieħdu pjaċir flimkien f’atmosfera rilassanti u familjari; jiltaqgħu...

Volontarjat mill-membri tal-kumitat tal-Għaqda

13/12/2012 08:00
Nhar it-13 ta' Diċembru 2012, il-membri tal-kumitat tal-Għaqda tal-Malti-Università ser ikunu qed jagħtu daqqa lid-dar tal-anzjani, 'The Little Sisters of the Poor' ġewwa l-Ħamrun. Il-membri tal-kumitat tal-Għaqda, li hi stess taħdem fuq bażi volontarja, jittamaw li dan il-ġest iħalli l-frott...

Rigal oriġinali għal dan il-Milied

07/12/2012 09:32
   Għal aktar dettalji, idħol hawn: https://ghaqdatalmalti.webnode.com/issiehebmaghna/

Anastasju - 50 sena minn mewtu

24/10/2012 19:30
F'għeluq il-50 sena minn mewt il-poeta Anastasju Cuschieri, se tkun qed issir taħdita organizzata mid-Dipt. u mill-Għaqda tal-Malti. It-taħdita se ssir nhar l-Erbgħa, 24 t'Ottubru fis-7:30pm ġewwa l-librerija tal-Università. Fiha se jkunu qed jitkellmu Rev. Dr. Charlò Camilleri u Dr Josette...

Laqgħa mal-President ta' Malta

17/10/2012 11:30
Nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2012, il-membri tal-Kumitat tal-Għaqda tal-Malti - Università se jkollhom laqgħa tal-Eċċellenza Tiegħu, il-President ta' Malta fejn fost l-oħrajn se jippreżentawlu sett ta’ kotba antiki ta’ Leħen il-Malti. Din se tkun oppontunità sabiħa fejn il-President jiġi...

It-Teżi Tiegħi

16/10/2012 13:00
Nhar it-Tlieta 16 t'Ottubru fis-13:00, se ssir taħdita li fiha se jitkellmu studenti tad-Dipartiment tal-Malti dwar it-teżi li ppreżentaw lill-Università. It-taħdita hi mmirata għall-istudenti li jixtiequ jkunu jafu sewwasew x'inhi teżi, jew li jixtiequ ħjiel ta' x'suġġetti jistgħu jittrattaw...

Il-Malti: Għetiebi għad-Dinja tax-Xogħol

16/10/2012 12:00
Nhar it-Tlieta 16 t'Ottubru f'12:00, se ssir intervista lil nies professjonali li se jkunu qed iwasslulna tagħrif dwar l-impjieg li wieħed jista’ jsib ladarba jkun segwa kors fil-Malti, ngħidu aħna: għalliem, ġurnalist, traduttur, u l-bqija. Fost il-kelliema li aċċettaw l-istedina sabiex jiġu...

Id-Dipartiment tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti - Università fl-Arts Week

16/10/2012 10:00
L-“Arts Week” hija attività organizzata mill-Fakultà tal-Arti u li fiha tiġbor flimkien id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha. Din se ssir bejn il-15 u s-17 ta’ Ottubru. Id-data li fiha se jieħu sehem id-Dipartiment tal-Malti, billi jagħmel mal-lingwi, hija nhar it-Tlieta li ġej, 16 tax-xahar,...
<< 1 | 2 | 3 | 4 | 5 >>