Dwarna

L-Għaqda tal-Malti – Università twaqqfet bil-ħidma ta’ żewġ studenti tal-Mediċina, Rużar Briffa u Ġużè Bonnici fis-26 ta’ Jannar 1931 li bdew joħorġu l-Leħen il-Malti fl-istess sena. Matul is-snin mexxew l-Għaqda l-Prof. Pietru Pawl Saydon, il-Prof. Ġużè Aquilina, il-Prof. Dun Karm Sant u l-Prof. Oliver Friggieri.

Fl-1988 it-tmexxija għaddiet f’idejn l-istudenti u fost il-ħidma li twettqet matul is-snin insibu l-ewwel Kungress Letterarju Malti (1993), it-twaqqif tal-mafkar lill-Poeta Nazzjonali fil-Furjana (2000), inħawi fl-Università msemmija għall-kittieba Maltin magħrufa (Sala Pietru Pawl Saydon, Sala Temi Zammit, Sala Erin Serracino Inglott, Pjazzetta Dun Karm u l-Atriju Vassalli), korsijiet speċjalizzati, tnedijiet ta’ kotba, il-pubblikazzjoni tas-Sensiela Vassalli u l-organizzazzjoni tal-konferenzi f’ġieħ Dun Karm u Mikiel Anton Vassalli.

Il-kumitat ad interim, maħtur għal sena, huwa magħmul minn Dr Bernard Micallef (il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti), Emanuel Psaila (President), Marcel Zammit Marmarà (Viċi President), Stefan Bezzina (Segretarju), Inġ. Maurice Mifsud Bonnici (Teżorier)Dwayne Ellul (Assistent teżorier), Leanne Ellul (Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi)Dr Josette Attard u William Incorvaia.

Fuq wara (mix-xellug għal-lemin): Leanne Ellul, Dwayne Ellul, William Incorvaja, Dr Bernard Micallef, Dr Josette Attard.

Fuq quddiem (mix-xellug għal-lemin): Inġ. Maurice Mifsud Bonnici, Emanuel Psaila, Stefan Bezzina.

Nieqes fir-ritratt: Marcel Zammit-Marmarà.