Volontarjat mill-membri tal-kumitat tal-Għaqda

13/12/2012 08:00

Nhar it-13 ta' Diċembru 2012, il-membri tal-kumitat tal-Għaqda tal-Malti-Università ser ikunu qed jagħtu daqqa lid-dar tal-anzjani, 'The Little Sisters of the Poor' ġewwa l-Ħamrun. Il-membri tal-kumitat tal-Għaqda, li hi stess taħdem fuq bażi volontarja, jittamaw li dan il-ġest iħalli l-frott fejn jidħol ix-xogħol tal-id u tal-moħħ. Fil-fatt, il-membri ser ikunu qed iżejnu din id-dar filwaqt li l-Inġ. Maurice Mifsud Bonnici ser iqassam xi kotba minn tiegħu lir-residenti. Nirringrazzjaw lil Dr Josette Attard għall-kordinazzjoni.