Marzu ta' Qalbi

21/03/2013 18:30

Nhar il-Ħamis 21 ta' Marzu, f’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta' Karmenu Vassallo, l-Għaqda tal-Malti se ttellgħa s-serata f'ġieħ Karmenu Vassallo bl-isem ta' Marzu ta' Qalbi. 

Fis-serata se jagħtu s-sehem tagħhom Marcel Zammit-Marmara, Dominic Galea, Doreen Galea u Oliver Paul Vassallo li jiġi iben Karmenu Vassallo. Se jkun qed jonorana bil-preżenza u d-diskors tiegħu l-Professur Oliver Friggieri.

Is-serata tibda fis-6.30PM f'Dar l-Ewropa, Triq San Pawl, il-Belt Valletta.

Għal aktar dettalji wieħed jista' jidħol hawnhekk: http://www.facebook.com/events/129986180515194/