It-Tmienja ta' Settembru

08/09/2012 14:47

L-Għaqda tal-Malti - Università ħadet sehem fiċ-ċerimonja li ssir ta' kull sena lejlet il-Vitorja. F'din iċ-ċerimonja jitfakkru r-rebħiet taż-żewġ Assedji. F'isem l-Għaqda ġiet imqiegħda kuruna tal-fjuri f'riġlejn il-Monument tal-Assedju fi Pjazza l-Assedju, il-Belt.