It-Teżi Tiegħi

16/10/2012 13:00

Nhar it-Tlieta 16 t'Ottubru fis-13:00, se ssir taħdita li fiha se jitkellmu studenti tad-Dipartiment tal-Malti dwar it-teżi li ppreżentaw lill-Università. It-taħdita hi mmirata għall-istudenti li jixtiequ jkunu jafu sewwasew x'inhi teżi, jew li jixtiequ ħjiel ta' x'suġġetti jistgħu jittrattaw għat-teżi tagħhom.

Il-mistiedna huma:

Keith Attard

[Ir-Reġistru tal-Futbol fl-Ilsien Malti]
[ara Ballun Pinġut: https://www.kunsilltalmalti.gov.mt/dhul?l=2]

Rebecca Spiteri
[Doreen Micallef: il-mara, il-kittieba]

Daniel Bezzina
[Dokumentazzjoni Lokali tal-Kliem Sqalli li Daħal fil-Malti fis-Sekli 15 u 16]

Tistgħu ssib tagħrif dwar it-teżijiet li jitressqu lid-Dipartiment tal-Malti f'dan is-sit:
https://www.um.edu.mt/arts/malti/tezijiet

Aktar kelliema jkunu kkonfermati aktar tard. Wara t-taħdita jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet min-nies preżenti.

Għal tagħrif ieħor idħlu hawn:
https://www.facebook.com/events/364320850318048/?fref=ts

Din l-attività qed tkun ikkordinata bejn id-Dipt. tal-Malti, l-Għaqda tal-Malti - l-Università, u l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Arti (ASA), bil-għajnuna ta' Doriana Vella, ir-rappreżentanta tal-istudenti tal-Malti.