Il-Malti: Għetiebi għad-Dinja tax-Xogħol

16/10/2012 12:00
Nhar it-Tlieta 16 t'Ottubru f'12:00, se ssir intervista lil nies professjonali li se jkunu qed iwasslulna tagħrif dwar l-impjieg li wieħed jista’ jsib ladarba jkun segwa kors fil-Malti, ngħidu aħna: għalliem, ġurnalist, traduttur, u l-bqija.

Fost il-kelliema li aċċettaw l-istedina sabiex jiġu jitkellmu s'issa, insemmu lil:

Daniela Attard Bezzina

[editriċi, ġurnalista u qarrejja tal-provi]

Antoine Cassar
[traduttur, poeta]

Adrian Grima
[akkademiku li jgħallem ġewwa l-Uni, kittieb, poeta]

Simone Inguanez
[strateġista fil-qasam tal-arti, qarrejja tal-provi, poetessa]

Aktar kelliema jkunu kkonfermati aktar tard. Wara t-taħdita jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet min-nies preżenti.

Għal tagħrif ieħor idħlu hawn:
https://www.facebook.com/events/364320850318048/?fref=ts

Din l-attività qed tkun ikkordinata bejn id-Dipt. tal-Malti, l-Għaqda tal-Malti - l-Università, u l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Arti (ASA), bil-għajnuna ta' Doriana Vella, ir-rappreżentanta tal-istudenti tal-Malti.