Id-Dipartiment tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti - Università fl-Arts Week

16/10/2012 10:00

L-“Arts Week” hija attività organizzata mill-Fakultà tal-Arti u li fiha tiġbor flimkien id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha. Din se ssir bejn il-15 u s-17 ta’ Ottubru. Id-data li fiha se jieħu sehem id-Dipartiment tal-Malti, billi jagħmel mal-lingwi, hija nhar it-Tlieta li ġej, 16 tax-xahar, mill-10 ta’ filgħodu ’il quddiem.

Inħeġġukom biex tiġu żżuru l-“istand” tagħna, fil-‘Quadrangle’ tal-Università, li se toffri informazzjoni dwar il-korsijiet li joffru d-Dipartiment u l-għaqdiet tal-Malti, li wieħed faċilment jista’ jissieħeb magħhom, fosthom L-Għaqda tal-Malti Università, l-Akkademja tal-Malti, kif ukoll il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.


Se jsiru wkoll żewġ taħditiet:

- Il-Malti: Għetiebi għad-Dinja tax-Xogħol:
Waħda minnhom se ssir f’nofsinhar: din se tieħu l-forma ta’ intervista ma’ nies professjonali li se jagħtu informazzjoni dwar l-impjieg li wieħed jista’ jkollu ladarba jkun segwa kors fil-Malti, ngħidu aħna: għalliem, ġurnalist, traduttur, u l-bqija.

- It-Teżi Tiegħi:
It-taħdita l-oħra hi mmirata għall-istudenti li se jagħmlu jew li għad jagħmlu teżi fil-kors tal-Malti. Se niltaqgħu ma’ studenti li se jitkellmu fuq it-teżijiet tagħhom u forsi jkun hemm xi suġġett li jolqot jew li jaspira lil xi ħadd. Din it-taħdita se ssir fis-1:00 p.m.

Agħfsu fuq din il-ħolqa għal aktar dettalji fuq 'Facebook':
https://www.facebook.com/events/364320850318048/?fref=ts