Grupp ġdid fuq Facebook

21/08/2012 06:52

Għadu kemm twaqqaf grupp ġdid fuq Facebook bl-isem ta' Leħen il-Malti. Leħen il-Malti hija r-rivista tal-Għaqda tal-Malti-Università li bħalissa għaddejja bis-sejħa għal kitbiet akkademiċi u letterarji. Din titqassam b'xejn lill-membri kollha filwaqt illi hemm il-ħsieb li tittella' onlajn ukoll. Inħeġġukom sabiex tidħlu f'dan il-grupp.