Grazzi ħafna tax-xewqat tiegħek. Jalla aktar nies iħaddnu l-ispirtu tiegħek.
Guestbook
Date: 03/07/2012
Subject: Mhux nar tat-tiben!
Dun Karm kien wieġeb lil Temi Zammit bil-poezija "Nar tat-Tiben?" wara li Rużar Briffa u Ġużè Bonnici marru jkellmu lil Temi Zammit dwar il-ħsieb tagħhom li jwaqqfu l-Għaqda tal-Malti fost l-istudenti universitarji fl-1931, u kien weġibhom: "Nibża' li dan huwa nar tat-tiben".
Għaddew 81 sena u l-Għaqda tal-Malti għadha twarrad fostna, bis-saħħa tagħkom. Agħmlu kuraġġ u aħdmu bil-moħħ u bil-qalb. Din hi l-poeżija ta' Dun Karm li biha wieġeb lil Temi Zammit, żewġ ġganti kbar li minnufih appoġġjaw lill-Għaqda tal-Malti fi żminijiet diffiċli ħafna:
L-imħabba tal-lsien Malti
mhix kbira daqs kemm tidher;
timla ta' elf il-fomm
imma ta' għaxra s-sider.
L-imħabba tal-lsien tagħna
jeħtieġ tigi minn ġewwa
jekk irridu, kif jixraq,
inkunu Maltin sewwa.
Awguri mill-qalb lill-membri tal-kumitat u prosit tassew tas-sit elettroniku.
Tislijiet
Joe Borg
Date: 05/07/2012
Subject: Re: Mhux nar tat-tiben!
Interessanti tassew! Grazzi ħafna! L-appoġġ tiegħek jiswa ħafna.
Date: 02/07/2012
Subject: Proset
Meta sirt naf bil-laqgha kont xoghol.u ma stajtx nigi imma irrid nuri kemmm jien ferhan issa lo kollox miexi sew...infurmawni
tislijiet u awguri
email tieghi godwincini@yahoo.com
Godwin Cini
Date: 29/06/2012
Subject: Ringrazzjamanet
Ghaziz Sinjur
Sfortunatament kont imsiefer u ma stajtx inkun prezenti ghall-Laqgha Straordinarja.
Nizzikhom hajr min qiegh qalbi li qed iggeddu l-hidma ta' missieri Guze.
Inselli
John
Date: 30/06/2012
Subject: Re: Ringrazzjamanet
F'isem il-membri kollha, nirringrazzjak minn qalbi ta' dan il-messaġġ tant sabiħ. Il-kumment u l-appoġġ tiegħek ikomplu jqawwulna qalbna. Min-naħa tagħna, aħna ser nagħmlu minn kollox biex immexxu l-ideal ta' missierek 'il quddiem. Grazzi mill-ġdid.