Taħżiż - Programm ta' Kitba Kreattiva

28/01/2013 23:11

Aġenzija Żgħażagħ bħala parti mill-'Youth Empowerment Programme' bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda tal-Malti―Università u tal-Fondazzjoni AWL qiegħda tniedi programm ta’ kitba kreattiva bl-isem ta’ ‘Taħżiż’. Dan il-programm hu intenzjonat għal dawk iż-żgħażagħ bejn it-18 u l-25 sena li jiktbu u li jixtiequ jaraw ix-xogħol tagħhom ippubblikat. Il-programm jikkonsisti fi tliet seminars residenzjali intensivi fuq il-kitba kreattiva. Fl-aħħar tal-programm ikun hemm pubblikazzjoni kollettiva tax-xogħol li jkun sar matul is-seminars. Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas* u fl-aħħar jingħata ċertifikat t’attendenza. Ir-reġistrazzjonijiet jagħlqu fit-28 ta’ Jannar 2013.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur is-sitiwww.agenzijazghazagh.gov.mt uwww.ghaqdatalmalti.webnode.com jew jibgħat ittre fuq info@youthmalta.gov.mt. 

*Jinġabar depożitu ta’ €50 li jingħata lura lill-parteċipanti li jkunu attendew it-tliet seminars fl-aħħar tal-programm.

 

applikazzjoni.pdf (180,6 kB)

riklam.pdf (187,2 kB)