Niltaqgħu ma' John Portelli

15/01/2013 18:30

Fis-sebgħinijiet, Portelli, kien segretarju tal-Għaqda tal-Malti - Università. F’dak iż-żmien, kien magħruf ukoll għall-kitbiet tiegħu bħala Ġan Piet. 

Illum il-ġurnata, huwa professur tal-Filosofija, Politika u t-Tmexxija tal-Edukazzjoni fid-Dipartiment tal-Istudji Umanistiċi, Xjenzi Soċjali u l-Edukazzjoni għall-Ġustizzja Soċjali. Ilu jghix il-Kanada mil-1977. Barra l-publikazzjonijiet fil-qasam tiegħu, huwa ppublika żewġ kotba tal-poeżiji bil-Malti u bi traduzzjoni għall-Ingliż (Bejn Żewġ Dinjiet, 2003; Taħt iċ-Ċirasa, 2008).

Nhar it-Tlieta se jingħaqad magħna fis-6pm ġewwa OH 101, fl-Università ta' Malta, għal intervista esklussiva u qari ta' xi xogħlijiet tiegħu.

Intom mistiedna tkunu magħna wkoll. Titilfuhiex!

Nirringrazzjaw lil Delicata Winemaker Ltd. għall-inbid li ser jitqassam wara s-serata.