L-Għaqda tal-Malti-Università waqt 'Freshers' Week' 2012

01/10/2012 09:00

L-Għaqda tal-Malti-Università se tkun preżenti fuq il-kampus tal-Università waqt ‘Freshers’ Week’ 2012 mill-1 ta' Ottubru 2012 sal-5 ta' Ottubru 2012. Min iżurna fuq stand numru 47 ikollu ċ-ċans jiltaqa’ ma’ xi membri tal-kumitat u membri oħra tal-Għaqda. Din se tkun opportunità sabiex iġġeddu l-isħubija, tingħaqdu magħna, issiru midħla tal-Għaqda, taraw x’kotba għandna għall-bejgħ u tieħdu sehem f’attivitajiet li se nkunu qed norganizzaw dak il-ħin stess. Għal dawk li jżuruna se jkollna wkoll xi sorpriżi!.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġni tal-Għaqda fuq Facebook:
https://www.facebook.com/events/286313701474352/

Narawkom!