L-Għaqda tal-Malti − Università tissokta bil-ħidma

04/06/2012 00:00

Nhar it-Tnejn, 4 ta’ Ġunju 2012 waqt Laqgħa Ġenerali Straordinarja f’Dar l-Istudent, fl-Università ta’ Malta, inħatar kumitat ġdid tal-Għaqda tal-Malti – Università biex jissokta l-ħidma b’risq il-Malti, il-letteratura lokali u l-oqsma kollha l-oħra marbutin mal-identità ta’ pajjiżna, speċjalment fost l-istudenti Universitarji.

Il-kumitat ad interim, maħtur għal sena, huwa magħmul minn Dr Bernard Micallef (il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti), Emanuel Psaila (President), Marcel Zammit Marmarà (Viċi President), Stefan Bezzina (Segretarju), Inġ. Maurice Mifsud Bonnici (Teżorier), Dwayne Ellul (Assistent teżorier), Leanne Ellul (Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi), Dr Josette Attard u William Incorvaia.