Sejħa għall-membri

22/06/2012 06:56

Dawk l-istudenti li jixtiequ jissieħbu fl-Għaqda tal-Malti u skont ir-regoli huma jistgħu jagħmlu dan, għandhom jiktbu ittra u jibagħtuha flimkien mal-ħlas ta’ ħames ewro għal sena lill-Inġ. Maurice Mifsud Bonnici fuq l-indirizz ‘Dar is-Sagħtar, Triq il-Fortizza tal-Mosta, San Pawl tat-Tarġa, In-Naxxar, NXR2303’. Il-membri li diġà huma msieħba fl-Għaqda, huma mħeġġa jibagħtu l-ħlas ta’ ħames ewro mill-aktar fis fl-indirizz postali msemmi. Min ikollu xi kummenti jew mistoqsijiet jista’ jagħmilhom billi jibgħat ittra elettronika fuq l-indirizz ghaqdatalmalti@gmail.com.