Anastasju - 50 sena minn mewtu

24/10/2012 19:30

F'għeluq il-50 sena minn mewt il-poeta Anastasju Cuschieri, se tkun qed issir taħdita organizzata mid-Dipt. u mill-Għaqda tal-Malti.

It-taħdita se ssir nhar l-Erbgħa, 24 t'Ottubru fis-7:30pm ġewwa l-librerija tal-Università. Fiha se jkunu qed jitkellmu Rev. Dr. Charlò Camilleri u Dr Josette Attard, kif ukoll persuna li kienet taf lill-poeta mill-qrib.

Ħajr lil-librerija tal-Università, li spiss tinkoraġġixxi inizjattivi tal-istudenti. Ħajr ukoll lil Daniel Bezzina, Alvin Vassallo u John Farrugia.