'Taħżiż': Jintemm l-ewwel seminar residenzjali

26/02/2013 10:51

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien għaddej l-ewwel seminar residenzjali b'rabta mal-proġett 'Taħżiż'. Dan is-seminar jidher li kien ta' suċċess, kemm mill-kitbiet u l-attivitajiet li saru b'rabta mal-kitba u anke mill-kummenti tal-parteċipanti stess. Dan il-proġett ikompli matul din is-sena. 

 

'Taħżiż' huwa proġett tal-Aġenzija Żgħażagħ bħala parti mill-Youth Empowerment Programme b'kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti u Fondazzjoni AWL.

 

Aktar ritratti jinsabu fit-taqsima 'Ritratti' f'dan is-sit u fuq il-paġna ta' Facebook: Għaqda tal-Malti Università