Article archive

Laqgħa ma' Adrian Grima

05/10/2012 10:00
Il-Ġimgħa, 5 ta' Ottubru 2012 se jkollna magħna kittieb ieħor mill-aqwa li ismu jitkellem waħdu; wieħed mill-pilastri tal-letteratura kontemporanja Maltija- Adrian Grima. Ejjew iltaqgħu miegħu fuq l-istand tal-Għaqda Tal-Malti - Università fl-10:00AM.

Tal-aħħar ibaħħar

05/10/2012 00:00
Kull min jidħol membru fl-aħħar ġurnata tal-Għaqda fi 'Freshers' Week', il-Ġimgħa 5 ta' Ottubru 2012, se jingħata ktieb b'XEJN! Titlifx din l-aħħar opportunità sabiex tissieħeb fl-Għaqda Tal-Malti - Università fuq il-kampus waqt 'Freshers' Week' 2012.

Ir-rebbieħa tal-Ħamis

04/10/2012 20:08
It-tweġibiet it-tajba għall-kompetizzjoni tal-lum huma (1) L-Għaqda ilha mwaqqfa 81 sena u (2) Il-fundaturi tal-Għaqda huma Rużar Briffa u Ġużè Bonnici. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni huma 1. Paula Schembri; 2. Mark Abdilla; 3. Theresa Abdilla u 4. Clare Camenzuli. Dawn rebħu kotba mingħand...

Membri ġodda waqt 'Freshers' Week' 2012

04/10/2012 16:34
Nhar il-Ħamis, 4 ta' Ottubru 2012, l-ewwel 10 li jidħlu membri ġodda mal-Għaqda tal-Malti - Università, jieħdu vawċer f'kotba mingħand Klabb Kotba Maltin jew ktieb mingħand Horizons.

Premjijiet ġodda waqt 'Freshers' Week' 2012

04/10/2012 16:33
Il-Ħamis, 4 ta' Ottobru 2012, il-kompetizzjoni se tkompli b'mistoqsijiet u premjijiet ġodda grazzi għal Merlin Publishers!

Laqgħa ma' Trevor Żahra u Pierre J Mejlak

04/10/2012 09:30
Il-Ħamis, 4 ta' Ottubru 2012, waqt 'Freshers' Week' 2012 fuq stand 47, se jkollna magħna żewġ kittieba oħra li m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni- Trevor Żahra u Pierre J Mejlak. Trevor Żahra se jkun magħna fid-9.30AM filwaqt li Pierre J Mejlak se jkun magħna fil-10.45AM. Ejjew fl-istand...

Laqgħa ma' Rita Saliba

03/10/2012 13:30
Se jkollna magħna fuq stand numru 47 kittieba ta' stejjer u novelli mill-aqwa, fost l-oħrajn rebbieħa tal-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ darbtejn - Rita Saliba. Kunu magħna sabiex tiltaqgħu magħha għall-ħabta tas-1.30PM!

Rebbieħa oħra

03/10/2012 06:30
It-tweġibiet it-tajba għall-kompetizzjoni tal-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2012, kellhom ikunu (1) L-Għaqda għaddiet taħt il-Presidenza tal-istudenti fl-1988 u (2) 'Leħen il-Malti' ġie ppubblikat għall-ewwel darba 1931. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni huma 1. Valentina Farrugia; 2. Naomi Mercieca; 3....

Premjijiet waqt 'Freshers' Week' 2012

02/10/2012 17:14
Nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2012, l-ewwel ħmistax li jissieħbu fl-Għaqda ser jingħataw vawċer ta' ħames ewro li jissarraf f'kotba mingħand Klabb Kotba Maltin.

Ir-Rebbieħa tal-Kompetizzjoni għat-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2012

02/10/2012 17:13
It-tweġibiet it-tajba għall-kompetizzjoni tal-lum kellhom ikunu (1) L-Għaqda twaqqfet fl-1931 u (2) L-ewwel President kien Rużar Briffa. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-lum huma 1. Claire Axiaq; 2. Claire Vella u 3. Joanne Trevisan. Dawn rebħu kotba mingħand Merlin Publishers jew...
Items: 31 - 40 of 53
<< 2 | 3 | 4 | 5 | 6 >>