L-Għaqda tal-Malti waqt Jum l-Organizzazzjonijiet 2013

21/03/2013 09:00

L-Għaqda tal-Malti se tkun preżenti fuq il-kampus għall-ewwel darba waqt il-jiem iddedikati għall-organizzazzjonijiet. 

Ejjew iltaqgħu magħna, siru midħla tal-Għaqda, il-ħidma li wettqet u qed twettaq, idħlu membri, ġeddu s-sħubija u isimgħu xi xogħlijiet letterarji fost l-oħrajn. 

Din l-attività hi organizzata mill-Kunsill Studenti Universitarji bis-sehem tal-Għaqda tal-Malti, fost għaqdiet studenteski oħrajn.

 

Għal aktar tagħrif idħlu hawn: http://www.facebook.com/events/105801829606128/ u http://www.facebook.com/events/442001695876214/