Blogg ġdid għall-proġett 'Inħarrfu l-Ħrejjef'

31/03/2013 18:19

Bħalissa l-Għaqda għaddejja bil-proġett 'Inħarrfu l-Ħrejjef' b'kollaborazzjoni mat-Teatru Salesjan u mal-Juniors Salesjani. Bħala parti mill-proġett, qed inniedu dan il-blogg li se jservi ta' pont bejn l-organizzaturi u l-parteċipanti u iktar minn hekk bejn il-parteċipanti u l-pubbliku. Il-blogg se jinbena biċċa biċċa, matul il-proġett. Għalhekk żuruh ta' spiss biex iżżommu ruħkom aġġornati dwar ix-xogħol kreattiv għall-aħħar tal-parteċipanti żgħażagħ tagħna.

http://hrejjef.wordpress.com