Article archive

Laqgħa ma' Immanuel Mifsud

02/10/2012 12:00
Għall-ħabta ta’ nofsinhar, waqt 'Freshers' Week' 2012, se jkun magħna fuq stand numru 47, wieħed mill-aqwa kittieba ta’ żmienna, rebbieħ ta’ bosta premjijiet nazzjonali u internazzjonali- Immanuel Mifsud. Ejjew iltaqgħu miegħu!

L-Għaqda tal-Malti-Università waqt 'Freshers' Week' 2012

01/10/2012 09:00
L-Għaqda tal-Malti-Università se tkun preżenti fuq il-kampus tal-Università waqt ‘Freshers’ Week’ 2012 mill-1 ta' Ottubru 2012 sal-5 ta' Ottubru 2012. Min iżurna fuq stand numru 47 ikollu ċ-ċans jiltaqa’ ma’ xi membri tal-kumitat u membri oħra tal-Għaqda. Din se tkun opportunità sabiex iġġeddu...

It-Tmienja ta' Settembru

08/09/2012 14:47
L-Għaqda tal-Malti - Università ħadet sehem fiċ-ċerimonja li ssir ta' kull sena lejlet il-Vitorja. F'din iċ-ċerimonja jitfakkru r-rebħiet taż-żewġ Assedji. F'isem l-Għaqda ġiet imqiegħda kuruna tal-fjuri f'riġlejn il-Monument tal-Assedju fi Pjazza l-Assedju, il-Belt.

Laqgħat tal-Kumitat

21/08/2012 23:38
Il-kumitat tal-Għaqda tal-Malti-Università qiegħed jiltaqa' b'mod regolari sabiex iwettaq ħidmietu. Hawn taħt għandek issib ritratt meħud waqt waħda mil-laqgħat.

Grupp ġdid fuq Facebook

21/08/2012 06:52
Għadu kemm twaqqaf grupp ġdid fuq Facebook bl-isem ta' Leħen il-Malti. Leħen il-Malti hija r-rivista tal-Għaqda tal-Malti-Università li bħalissa għaddejja bis-sejħa għal kitbiet akkademiċi u letterarji. Din titqassam b'xejn lill-membri kollha filwaqt illi hemm il-ħsieb li tittella' onlajn ukoll....

L-Għaqda tal-Malti-Università fuq Radju Malta

02/08/2012 19:00
Nhar il-Ħamis, 2 ta' Awwissu fis-7PM fuq il-programm 'Nitfa Kultura' (Radju Malta) ser tixxandar intervista b'rabta mal-Għaqda tal-Malti-Università u s-sejħa għal kitbiet fuq 'Leħen il-Malti'. 

L-Għaqda tal-Malti-Università fuq il-programm VOs

25/07/2012 22:00
Nhar l-Erbgħa, 25 ta' Lulju bejn l-10PM u 12AM ser jixxandar il-programm VOs fuq ONE Radio dwar l-Għaqda tal-Malti-Università. Inħeġġukom sabiex tisimgħuh.

Ir-rivista 'Leħen il-Malti'

15/07/2012 15:06
Il-Bord Editorjali tar-rivista Leħen il-Malti, f’isem l-Għaqda tal-Malti – Università, qed jagħmel sejħa pubblika għal kitbiet akkademiċi u letterarji għall-ħarġa li jmiss. Ara aktar fit-taqsima 'Riżorsi'.

Ċirkulari nru 1 tas-sena 2012 - Il-ħidma mill-ġdid tal-Għaqda tal-Malti – Università

13/07/2012 18:58
Ċirkulari nru.1, 2012.pdf (331,4 kB)   Din hija l-ewwel ċirkulari maħruġa mill-kumitat ad interim bil-għan li tinforma lil dawk kollha li fl-imgħoddi kienu membri tal-Għaqda tal-Malti – Università, kif ukoll lill-membri l-ġodda, bil-ħidma tal-Għaqda kif ukoll dwar it-tiġdid tal-miżata...

Laqgħa tal-Bord Editorjali

02/07/2012 08:23
Nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju se jiltaqa' għall-ewwel darba l-bord editorjali, sabiex jibda jaħdem fuq ir-rivista Leħen il-Malti. Il-membri tal-bord huma Emanuel Psaila, Maurice Mifsud Bonnici, Kit Azzopardi, Daniel Bezzina, Dwayne Ellul u Joe Borg.
Items: 41 - 50 of 53
<< 2 | 3 | 4 | 5 | 6 >>